Aġġornata 2.15pm
Infermier raġel fl-Isptar Mater Dei ammetta l-akkużi miġjuba kontrih li installa kameras moħbija fit-toilets tal-impjegati nisa fl-isptar.
L-infermier ta’ 28 sena mill-Fgura wieġeb ħati meta llum wara nofsinhar deher quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Il-Prosekuzzjoni nsistiet li l-vittmi tiegħu, li hu mifhum li huma professjonisti mediċi, ma kinux konxji ta’ dan il-ksur tal-privatezza tagħhom.
Filwaqt li l-Prosekuzzjoni stqarret li r-raġel għandu bżonn għajnuna psikoloġika, l-avukat difensur irrimarka li sentenza priġunerija titfa’ lill-akkużat 100 miljun pass lura.
Is-sentenza se tingħata nhar it-Tnejn li ġej. Intant, il-Qorti ordnat li jitħassru l-filmati kollha. Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
Il-kamera nstabet fis-17 ta’ Ottubru li għadda, bil-Pulizija tibda minnufih bl-investigazzjonijiet.
Mater Dei: Kamera fit-toilets tan-nisa