Kambodja: 7 akkużati bil-qtil involontarju ta’ 28 persuna

Seba’ persuni ġew akkużati bi qtil involontarju u konfoffa wara li 28 persuna nqatlet meta ġġarrfet binja fil-Kambodja nhar is-Sibt li għadda. Barra minn dawn, kien hemm 26 persuna midruba.

Aqra: Jitla’ għal 18 in-numru ta’ vittmi tal-binja li ġġarrfet fil-Kambodja

Il-binja kienet ta’ sidien Ċiniżi, u ħamsa mis-seba’ persuni akkużati huma Ċiniżi: wieħed minnhom is-sid, u l-ieħor is-superviżur. Iż-żewġ persuni l-oħra huma raġel mill-Kambodja u ieħor mill-Venezwela.

Aqra: Ritratti: 7 mejta u diversi maqbuda wara li ġġarrfet binja ta’ 7 sulari

Dan l-inċident wassal lill-Prim Ministru tal-Kambodja, Hun Sen, biex ikeċċi lil uffiċjal li għandu fir-responsabbiltà tiegħu diżastri li jistgħu jiġru talli dan ma refax responsabbiltà ta’ li ġara. Irreżenja wkoll l-Gvernatur tal-provinċja fejn ġara dan kollu.

L-investigaturi għadhom qegħdin jippruvaw jifhmu x’seta’ wassal biex l-istuttura ta’ seba’ sulari ta’ ħadid u konkrit iġġarrfet mingħajr l-ebda twissija, u nqabdu xi nies taħtha. L-aħħar żewġ persuni li salvaw instabu nhar it-Tnejn.