Kalkara jirbħu l-kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni mingħajr telfa

It-tim tal-Kalkara ġie promoss għat-Tieni Diviżjoni u rnexxielu jirbaħ il-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni mingħajr telfa.
Fl-aħħar logħba tal-kampjonat, li ntlagħbet fil-grawnd tas-Sirens f'San Pawl il-Baħar, Kalkara rnexxielhom jegħlbu lil Żurrieq bl-iskor ta' 7-1.
Kalkara daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta' 2-1 sa tmiem l-ewwel taqsima, biex wara l-intervall, huma kellhom partita ferm iżjed faċli wara li Żurrieq spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas.
Fi tmiem il-partita, il-Viċi President tal-MFA, Matthew Paris u l-Maniġer tal-fergħa tal-BOV ta' Bormla, Ronnie Fenech, ippreżentaw il-midalji u t-tazza lill-plejers, id-diriġenti u l-kaptin tat-tim tal-Kalkara.