Kalendarju kommemorattiv għas-sena 2021

Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba għadha kemm nediet il-kalendarju kommemorattiv tal-iskrivanija għas-sena 2021. 

B’format prattiku u illustrattiv, jinkludi ritratti b’rabta mal-oqsma varji tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Dawk li jixtiequ jakkwistaw kopja mingħajr ħlas ta’ dan il-kalendarju, għandhom jibgħatu sms bl-isem u l-indirizz postali fuq in-numru 79853044.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.