Kalendarju b’sens ta’ serenità f’dak li hu familjari

Hekk kif bdiet sena ġdida, GasanMamo Insurance qed iħarsu lejn l-2016 bi skop pożittiv, dak li joffru l-aħjar servizz li tant huma sinonimi għalih u jtejbu l-offerti tagħhom
għall-klijenti kollha.
Is-selezzjoni ta’ stampi għall-kalendarju tal-2016 ta’ GasanMamo Insurance juru ambjent familjari permezz tal-illustrazzjonijiet ta’ Stephanie Borg, b’numru ta’ biċċiet tal-ħajja Maltija tant vibranti u kkulurita.
Stephanie Borg, artista, graphic designer u surface pattern designer ġiet lura Malta fl-2008 wara li għexet 6 snin fl-Oman. Ilha minn dakinhar tassorbi u turi l-ħajja Maltija ta’ kuljum u l-kultura f’Malta permezz ta’ numru ta’ tpinġijiet bil-linka. It-teknika metikoluża u li tieħu l-ħin ta’ Stephanie tinvolvi numru ta’ saffi bil-kulur sakemm jintlaħaq l-effett, l-opaċità u l-lewn li tkun tixtieq.
Stephanie ttella’ wirjiet kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Għandha wirja permanenti fil-Valletta Waterfront u x-xogħol tagħha jinsab f’kollezzjonijiet privati madwar id-dinja.
Ftit mill-istampi u r-ritratti familjari li qed jintużaw f’din il-kampanja ġdida huma
l-karozza tal-linja b’lewn safrani, l-istampa ikonika tal-gżira tagħna u d-disinn
tal-madum antik li jfakkarna fid-dar tan-nanna jew fi żminijiet oħra. Il-gallariji tradizzjonali b’kuluri differenti huma ikona Maltija u l-festi  huma ċelebrazzjoni tal-familjarità Maltija u mod ta’ ħajja li jidhru wkoll fil-kampanja.