​Kaka se jilgħab iċ-Ċina

Il-gazzetta Taljana Il Corriere dello Sport irrapportat illi fil-jiem li ġejjin l-istilla Brażiljana Kaka se jiffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb li jilgħab fis-Super League Ċiniża, Guinzhou Hengfeng Zhicheng FC.
Il-plejer, illi għandu 35 sena, kien qed jilgħab fil-Major League Soccer fl-Amerika ma’ Orlando City u minkejja li kien żvela li kien se jirtira, reġà bdielu u se jibda avventura ġdida fiċ-Ċina.
Kaka għandu esperjenza vasta fil-futbol meta lagħab ma’ Real Madrid, Sao Paulo u Milan. Fil-karriera tiegħu skorja 149 gowl f’461 partita li lagħab s’issa.