Kagawa fir-radar ta’ Everton

Il-gazzetta Ġermaniża Biild ġabet artiklu fejn żvelat illi l-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġappuniż ta’ BorussiaDortmund, Shinji Kagawa, jista’ jerġa’ jirritorna fil-Premier League Ingliż wara l-esperjenza xi ftit diżappuntanti illi kellu ma’ Manchester United.
Din id-darba hemm żewġ klabbs Ingliżi illi huma interessati fih hekk kif diriġenti ta’ West Ham u Everton xeħtu għajnejhom fuq il-plejer ta’ 29 sena.
Huwa kien għamel sentejn mar-Red Devils bejn l-2012 u l-2014 fejn skorja 6 gowls fi 38 logħba.
Ma’ Borussia Dortmund ilu erba’ snin fejn lagħab 95 darba magħhom.