Kafè uniku b’wiċċ Michela fl-Iżrael

Ritratt: Ian Fowell (esccovers.com)

Dan li qed taraw fir-ritratt mhuwiex ċajta imma fil-fatt huwa ritratt ta’ kafè Americano li wieħed jista’ jakkwista fil-press centre tal-Eurovision fl-Iżrael.

Il-ġurnalisti akkredetati għal din l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest għandhom l-opportunita’ li jieħdu kafè bil-wiċċ tal-artisti ta’ pajjiżhom jew tal-artisti favoriti tagħhom bħal kien il-każ tal-ġurnalisti tas-sit elettroniku esccovers.com.

Huma qed jappoġġjaw il-kanzunetta Chameleon f’din l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest u ħadu l-kafè tagħhom b’wiċċ l-artista Maltija Michela.

Tassew din l-idea  ta’ dan il-kafè uniku qajmet interess fost dawk kollha li ta’ kuljum qed ikunu fil-press centre biex isegwu l-andament tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

U wara l-wirja ta’ Michela lbieraħ filgħaxija waqt it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest, il-kafè b’wiċċha żgur li hemm aktar domanda għalih.

Ritratt: Ian Fowell (esccovers.com)