Kaċċaturi u nassaba min-naħa t’isfel ta’ Malta jgħinu lill-FKNK

Grupp ta’ kaċċaturi u nassaba, minn naħa t’isfel ta’ Malta, taw donazzjoni ta’ €655 lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). 
Din id-donazzjoni ngħatat b’kontribuzzjoni għall-Proġett tat-Trobbija u t-Tluq tal-Gamiem, li nediet l-FKNK is-sena l-oħra. 
Is-sena l-oħra wkoll il-kaċċaturi ġabru l-flus bejniethom u tawhom lill-FKNK għal dan il-għan.