Kaċċaturi li kienu ħadu sehem fil-protesta jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

Waqt il-kumpilazzjoni tal-provi kontra disa’ kaċċaturi ntqal li wieħed minnhom beda jmur fuq it-turisti waqt il-protesta fil-Belt Valletta u beda jgħajjar lill-Prim Ministru.
Il-kaċċaturi jinsabu mixlija b’43 kap ta’ akkuża u hemm biżżjjed provi biex jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.
Il-każ se jkompli jintema’ fil-Qorti f’Diċembru li ġej.