Kaċċaturi jitilqu numru ta’ summien fil-kampanja

Waqt attività organizzata mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ġew mitluqa numru ta’ summien fir-Riżerva tal-istess Federazzjoni fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Fi stqarrija l-FKNK qalet li fl-20 ta’ Jannar aktar minn 45 parteċipant marru jimxu fir-riżeva flimkien ma' diversi klieb tal-kaċċa.
Skont il-Federazzjoni, waqt l-attività nġabret is-somma ta’ €700 li se tingħata għal għan filantropiku.