Kaċċaturi jirrifjutaw li jobdu lill-MEPA jekk mhux fi ħdan il-kumitat ORNIS

BirdLife Malta ingħatat il-permess mill-kumitat ORNIS li tiddiskuti l-kaċċa fir-rebbiegħa fil-privat flimkien mad-dipartiment tal-MEPA responsabbli mill-protezzjoni ambjentali. Dan Skont il-Kaċċaturi San Ubertu.

Dan minkejja li f’Marzu 2012 Birdlife Malta resqet vot ta’ sfiduċja fil-kumitat ORNIS. Dan il-kumitat fi ħdan il-MEPA jieħu deċiżjonijiet reltati mal-kaċċa, l-insib u l-liċenzjar ta’ nassaba u kaċċaturi. Fi ħdanu hemm rappreżentanti ta’ organizazzjonijiet favur il-kaċċa u favur l-ambjent.

Fi stqarrija l-Kaċċaturi San Ubertu qalu li flimkien mal-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u espert tal-Gvern dwar l-insib, huma ħarġu minn laqgħa li fiha l-Birdlife irrifjutaw li jirtiraw il-vot ta’ sfiduċja.

B’mod kategoriku stqarrew li mhux se jobdu rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet tal-MEPA jekk mhux f’kuntest ta’ proċess demokratiku tal-ORNIS.