​Kaċċaturi jikkoperaw ma’ ornitologi

Il-Kaċċaturi San Ubertu niedew filmat li juri speċi rari ħafna ta’ gallozz tal-faxxi li nġibed minn wieħed mill-membri tagħha f’April ta’ din is-sena.
Dan it-tip ta’ gallozz huwa rari ħafna f’Malta u jista’ jiġi bejn nofs Marzu u nofs Mejju, u bejn Ottubru u Novembru. Il-Kaċċaturi San Ubertu qalu li ġieli jgħaddu snin sħaħ mingħajr ma jgħaddi gallozz wieħed ta’ dan it-tip.
Qalu li l-għasfur intlemaħ f’Malta fil-25 t’April, u l-kaċċaturi nfurmaw lil żewġ ornitologi indipendenti u baqgħu jsegwu l-movimenti tal-għasfur.
Il-Kaċċaturi San Ubertu qalu li jemmnu li din hija t-triq ta’ kif għandhom jimxu kaċċaturi, jiġifieri li jikkoperaw ma’ ornitologi serji u professjonali.
Il-kaċċaturi qed imexxu żewġ proġetti li jinvolvu taħdidiet edukattivi, u l-ħolqien ta’ 400 kaxxa tal-għasafar madwar Malta u Għawdex.
 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=JH5CId7aA4o?ecver=2]