Kaċċaturi jaslu lura Malta wara ħidma fl-Etijopja

Seba' kaċċaturi u nassaba waslu Malta wara 36 ġurnata ta’ volontarjat fl-Etijopja.
Matul dan l-aħħar xahar huma għenu biex tinbena skola għal tfal foqra u fil-bżonn.
Filfatt, is-seba' li huma, huma membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u kollha huma speċjalizzati fi snajja differenti tal-kostruzzjoni.
Din il-ħidma hi parti mill-proġetti tal-Moviment Ġesù fil-Proxxmu mmezzi minn Dun Ġorġ Grima.