Kaċċaturi Għawdxin f’laqgħa mal-FKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) organizzat laqgħa l-Ħadd, f’Ta’ Ċenċ għall-kaċċaturi u nassaba Għawdxin dwar is-sitwazzjoni tal-insib.

Dan seħħ wara li l-FKNK organizzat laqgħa oħra għan-nassaba Maltin f’Ta’ Qali. L-FKNK qed taġġorna l-membri tagħha dwar l-aħħar żviluppi fuq l-insib tal-għasafar tal-għana u l-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa.

Dan qed iseħħ ukoll fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar l-insib f’Malta.