Aġġornata:Kaċċatur jweġġa’ gravi wara li jintlaqat minn kaċċatur ieħor

Kaċċatur ta’ 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat f’wiċċu minn tir ta’ senter.
Ma’ Newsbook.com.mt il-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45am fl-inħawi tal-kappella tal-Madalena f’Ħad-Dingli.
Jidher li kaċċatur ta’ 66 sena spara għal tajra iżda laqat kaċċatur ieħor ta’ 31 sena.
Huwa sema persuna tgħajjat u mar ħdejh u ċempel għall-assistenza medika.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei, fejn kien  stabbilit li ma kienx f’qagħda kritika imma kien sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-kundizzjoni medika tar-raġel għadha mhux magħrufa iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.