Kaboċċi moqli bil-bejken, basal u tewm

Ingredjenti

6 slajsis bejken

1 basla kbira mqattgħa biċċiet ftit kbar

2 rjus tat-tewm mgħaffġa

1 kaboċċa, imnaddfa u sslajsjata

bżar u melħ

nofs kuċċarina trab tal-basal

nofs kuċċarina trab tat-tewm

ponta ta’ kuċċarina paprika

Metodu

Aqli l-bejken fuq nar bati sakemm isir iqarmeċ.

Żid il-basla u t-tewm sakemm il-basla tieħu ftit kulur.

Żid il-kaboċċa u kompli sajjar għal 10 minuti oħra.

Ħawwar bil-bżar, bil-melħ, bit-trab tal-basal, tat-tewm u l-paprika.

Baxxi n-nar u sajjar fuq nar bati għal madwar 30 minuta sakemm tara li l-kabċċa tkun saret tajjeb.

Din ir-riċetta addatta ħafna ma’ kull tip ta’ laħam.