Ingredjenti
1 kaboċċa żgħira
1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
1 mgħarfa butir
kuċċarina u nofs melħ
kuċċarina u nofs bżar iswed
mgħarfa u nofs ħall tat-tuffieħ
1 mgħarfa sagħtar imqatta’, jekk trid
Metodu
Isslajsja l-kaboċċa fl-iktar biċċiet żgħar li tista’.
F’taġen kbir saħħan iż-żejt u l-butir fuq nar moderat. Meta jdub il-butir itfa’ l-kaboċċa sslajsjata u roxx il-bżar u l-melħ. Sajjar għal madwar 10-15-il minuta sakemm il-kaboċċa tibda tieħu ftit kulur kannella. Ħawwad xi kultant.
Neħħi minn fuq in-nar u ħawwad il-ħall tat-tuffieħ. Iċċekkja għall-melħ u l-bżar u, jekk tkun trid, ferrex is-sagħtar fil-wiċċ. Servi sħuna.