Juża l-kelb biex jaħbi d-droga mill-Pulizija

Raġel akkużat bil-pussess ta’ eroina u kannabis allegatament ipprova jbeżża’ lill-pulizija mill-kelb “feroċi” tiegħu biex iġegħilhom ma jfittxux fejn kienet moħbija d-droga, f’post il-kelb.

L-akkużat, raġel ta’ 42 sena mis-Siġġiewi, ġie arrestat mill-Pulizija fid-29 t’Awwissu, meta nstab ammont kbir ta’ eroina u kannabis fir-razzett tiegħu fil-Fawwara, fil-limiti tas-Siġġiewi.

Fil-Qorti l-Ħamis, l-uffiċjali tal-pulizija spjegaw kif kienu qegħdin jimmonitorjaw iż-żona peress li kellhom ħjiel li jaf ikun hemm id-drogi fl-inħawi fuq persuna partikolari.

Il-persuna msemmija kien mal-akkużat l-ieħor ġo karozza. Il-pulizija qabduhom hekk kif kienu ħerġin mill-karozza, u sabu pakkett ta’ trab abjad u xi kannabis fuq is-suspettati, u flus ġol-karozza.

Minkejja t-twissija tal-akkużat biex il-pulizija ma jersqux lejn il-kelb għax jagħmel għalihom, il-kelb deher mans. Kif ittawlu fil-post fejn joqgħod hu, sabu flixkun iswed, li ġo fih kellu kilo eroina.

Is-seduta li jmiss hija fid-19 ta’ Settembru, u l-akkużat għadu qed jinżamm arrestat.