Juventus wara Bellerin

Juventus identifikaw lid-difensur ta’ Arsenal Hector Bellerin bħala l-prijorita’ ewlenija bħala difensur mal-linja leminija għas-sajf illi ġej skont ma żvelat il-gazzetta Tuttosport.
Bi Stephan Lichtsteiner illi huwa mistenni li jitlaq lill-Bianconeri fl-aħħar tal-istaġun, dawn tal-aħħar ser imorru fis-suq sabiex ifittxu s-sostitut tiegħu.
Għażliet oħra illi qed jissemmew huma Thomas Meunier u Sime Vrsaljko għalkemm jekk il-Gunners jiddeċiedu li jbigħu lid-difensur Spanjol Bianconeri jmorru immedjatament għalih.