Juventus u Roma bdew tajjeb flimkien it-tiġrija tal-kampjonat

Rebħa dejqa ta’ 1-0 għall-Juventus fl-ewwel logħba tagħhom tal-kampjonat kontra Chievo Verona.
Wara seba’ minuti kien deċiżiv l-awtogowl ta’ Biraghi minn daqqa ta’ ras ta’ Caceres.
Għaldaqstant Juventus kellhom logħba tajba u laqtu l-lasta permesss ta’ Vidal, laqtu darbtejn il-lasta l-mimduda permezz ta’ Tevez u Bonucci u kellhom ċans seba' drabi oħra li jiskurjaw.
Fit-tieni logħba tal-ġurnata, Roma f’darhom għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 2-0.
Fit-28 minuta xutt b’saħħtu ta’ Nainggolan poġġa lil Roma fil-vantaġġ.
Ir-Rumani kienu bir-riħ mill-poppa, bid-debutt ferm tajjeb ta’ Iturbe u Manolas, kif ukoll dehret l-esperjenza tal-gowlkiper, eks Udinese u Napoli, De Sanctis li wettaq salvataġġi mill-aqwa.
Il-gowl finali wasal fl-aħħar minuta tat-tliet minuti mogħtija bħala ħin miżjud, wara ġirja tajba ta' Gervinho li qabeż plejer u l-gowlkiper, sabiex għamilhom 2-0.