Juventus l-ewwel fil-klassifika b’żewġ gowls kontra Inter

Juve FC

Paulo Dybala u Gonzalo Higuain kienu l-protagonisti biex Juventus akkwistaw it-tliet punti kontra Inter. B’hekk Juve rnexxielhom jiksbu l-ewwel post fil-klassifika wara logħba spettakolari.

Din kienet l-ewwel logħba għal Antonio Conte li kellu jiffaċċja lill-eks klabb tiegħu.

Il-viżitaturi b’mod immedjat ħarġu agressivi u marru fuq quddiem erba’ minuti biss mill-bidu tal-logħba. Dan wara li Dybala ġera bil-ballun minn nofs il-grawnd u xxutjah angolat biex spiċċa fil-lasta.

Inter irnexxielhom jiksbu penalty minħabba li de Ligt laqgħat il-ballun b’idu. Lautaro Martinez ma falliex milli jiskurja biex Inter ġabu d-draw fit-18-il minuta. Il-logħba kienet missielta u bbilanċjata ferm, iżda l-gowl ta’ Higuain għaxar minuti minn tmiem il-logħba ssiġilla r-rebħa għal Juventus.

Riżultati oħra:

Fiorentina 1-0 Udinese

Roma 1-1 Cagliari

Atalanta 3-1 Lecce

Bologna 2-2 Lazio

Torino 0-0 Napoli