​Juventus joqorbu lejn ir-rebħ tas-Serie A

Wirja mill-aqwa ta’ Douglas Costa fit-tieni taqsima tal-logħba bejn Juventus u Bologna wasslet għal rebħa importanti għat-tim minn Torin.
Kien Simone Verdi li poġġa lil Bologna fil-vantaġġ meta skorja minn penalty wara foul ta’ Daniele Rugani fuq Lorenzo Crisetig.
Juventus kisbu d-draw grazzi għal awtogowl ta’ Sebastian De Maio u mbagħad marru fil-vantaġġ b’gowls ta’ Semi Khedira u Paolo Dybala fuq assists tal-Brażiljan Douglas Costa.
Juventus issa jinsabu seba’ punti ’l bogħod min-Napoli li jmisshom jilqgħu f’darhom lil Torino.
t-tim ta’ Maurizio Sarri ma jistax jitlef iżjed punti jekk irid jibqa’ jittama li jirbaħ l-ewwel kampjonat tiegħu fit-28 sena.