​Juventus jixtiequ lil Emre Can

Juventus qed jippreparaw ċifra ta’ 23 miljun lira sterlina sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder Ġermaniż Emre Can mingħand Liverpool.
Minkejja kollox, il-klabb mill-Premier League Ingliż baqgħu jżommu sod għalkemm żammew quddiem għajnejhom il-fatt illi Can ma xtaqx iġedded il-kuntratt mar-Reds.
Can ilu ma’ Liverpool tliet snin fejn f’89 partita skorja seba' gowls.