Juventus jixħtu l-interess f’Jose Gimenez

Juventus reġgħu qajmu l-interess tagħhom fid-difensur ta' Atletico Madrid Jose Gimenez u kellhom taħdidiet mal-aġent tiegħu.
Dan filwaqt li d-direttur sportiv ta' Sporting Lisbon, Fabio Paratici, iltaqa' mar-rappreżentant ta' Gimenez, Paco Casal, f'Milan biex jiddiskuti t-trasferiment potenzjali ta' dan id-difensur ta' 22 sena.
Il-kuntratt ta' dan il-plejer internazzjonali Urugwajan ma' Atletico Madrid jiskadi fl-2018 u għadu ma ddeċidiex jekk iridx iġedded il-kuntratt tiegħu, biex b'hekk qed jagħti ċans lil Juventus li jakkwistawh.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.