Juventus jixħtu ħarsithom fuq Marouane Fellaini

Juventus qed iduru mhux ħażin fis-suq tat-trasferimenti u f’moħħhom għandhom midfielder li jista’ jgħaqqad id-difiża mal-attakk, xi ħaġa li fis-SuperCup kontra Lazio kienet nieqsa.
Wara li ilhom jiġru mhux ftit wara BlaiseMatuidi ta’ PSG, il-ġurnal Ingliż The Sun żvela li l-alternattiva li qed tissemma’ hija li jmorru fuq il-plejer Belġjan ta’ Manchester United Marouane Fellaini.
Qed tissemma’ iċ-ċifra ta’ €25 miljun għall-akkwist ta’ dan il-plejer twil f’nofs il-grawnd, pożizzjoni li l-Bianconeri tant iridu jimlew.