Juventus jibqgħu jiddominaw – is-seba’ Scudetto konsekuttiv

Draw ta’ 0-0 kontra Roma kien biżżejjed biex Juventus serħu rashom mir-rebħ tas-Serie A.
Dan kien ir-raba’ kampjonat li Massimiliano Allegri rebaħ ma’ Juventus, il-ħames jekk wieħed jgħodd il-kampjonat mirbuħ ma’ Milan fl-2011.
Napoli, li kienu l-ikbar rivali ta’ Juventus matul dan l-istaġun, għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-0 iżda t-tim minn Torin kiseb il-punt meħtieġ fl-Istadio Olimpico sabiex aċċerta ruħu mill-34 kampjonat fl-istorja tiegħu.
Roma,  li spiċċaw b’għaxar plejers wara li Radja Nainggolan tkeċċa 22 minuta mit-tmiem, kellhom l-aqwa opportunitajiet sabiex jiftħu l-iskor iżda Juventus irnexxilhom jiksbu d-draw.
Il-kowċ ta’ Roma Eusebio Di Franceso, stqarr li d-differenza bejn Juventus u t-timijiet l-oħra fis-Serie A hija l-mentalità rebbieħa li bnew matul iż-żmien u l-għatx tagħhom għal aktar suċċessi.