Juventus interessati f’Gimenez

Wara li s’issa l-akkwist tal-Ġermaniż Benedikt Howedes xejn ma rnexxa, Juventus qed idawru ħarsithom sabiex jiksbu difensur ta’ kwalità u f’Jannar jistgħu jmorru għal Jose Gimenez ta’ Atletico Madrid.
Dan il-plejer Urugwajan s’issa ftit sab post fl-ewwel ħdax tal-kowċ Diego Simeone u dan jista’ jagħti lok għal dan it-trasferiment li jista’ jsir f’Jannar.
Gimenez għad għandu biss 22 sena u ilu mal-Colchoneros sa mis-sena 2013.
Huwa lagħab 69 darba magħhom u skorja 3 gowls f’erba’ staġuni.