Juve jirbħu l-Coppa Italia għar-raba’ sena konsekuttiva

Erba’ gowls fit-tieni taqsima temmew il-ħolma ta’ Milan illi jispiċċaw l-istaġun bi trofew wara investiment finanzjarju kbir li seħħ matul is-sajf l-għadda min-naħa tar-Rossoneri.
Id-difensur Medhi Benatia skorja żewġ gowls filwaqt li xutt ta’ Douglas Costa u awtogowl ta’ Nikola Kalinić għamlu l-iskor 4-0. Il-goalkeeper żagħżugħ ta’ Milan Gianluigi Donnarumma wettaq save mill-isbaħ fuq tentattiv minbarra l-kaxxa ta’ Paulo Dybala iżda mbagħad kien ħati ta’ żewġ żbalji kruċjali illi għenu lil Juve sabiex jaċċertaw ruħhom mir-rebħa.
L-ewwel staġun ta’ Li Yonghong bħala president tal-Milan kien tassew fallimentari hekk kif naqqsu milli jikkwalifikaw għaċ-Champions League u jinsabu fis-6 post tal-klassifika.