Juve jegħlbu lil Udinese b’Ronaldo jiskurja darbtejn

Cristiano Ronaldo skurja darbtejn biex Juventus rebħu lil Udineses to telgħu fil-quċċata tal-klassifika temporanjament.

Il-Portuġiż fajjar xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa biex b’hekk skurja fir-raba’ logħba infila. Hu reġa’ skurja għat-tieni darba first-timer minn ballun li għaddielu Gonzalo Higuain, qabel ma’ Leaonardo Bonuċċi b’daqqa’ ta’ ras għamlihom 3-0 għal Juve sa qabel spiċċat l-ewwel taqsima.

Ronaldo kien se jagħmel l-ewwel hat-trick fis-Serie A, iżda sfortunatament il-ballun ħabatlu mal-lasta.

Il-gowler ta’ Juve Gianluigi Buffon lagħab is-646 logħba tiegħu fis-Serie A, logħba inqas minn Paolo Maldini li s’issa għad għandu r-rekord f’idu. B’kollox kienet is-700 mitt logħba għal Buffon, meta wieħed jgħodd id-drabi li lagħab fis-Serie B u fil-league Franċiż.

Aktar tard il-bieraħ stess Inter Milan sabu posthom fil-quċċata tal-klassifika meta ġew fi draw ta’ 1-1 kontra Fiorentina.

Riżultati oħra:

Verona 3-3 Torino

Milan 0-0 Sassuolo

Bologna 2-1 Atalanta

Juventus 3-1 Udinese

Roma 3-1 SPAL

Fiorentina 1-1 Inter