Justyne Caruana tippreżenta ċertifikati lill-carers tal-Healthmark

Matul iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati tal-korsijiet lill-carers tal-kumpanija Healthmark, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana qalet li l-użu tal-faċiltajiet li joffri San Vinċenz de Paul juri kif il-faċilità ta’ kura fit-tul qed tkompli tistabilixxi ruħha bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tat-taħriġ dwar il-kura għall-anzjani.
Hija semmiet l-investiment li sar f’San Vinċenz de Paul u kif permezz ta’ Fondi Ewropej, il-Gvern investa €330,000 biex iħarreġ l-impjegati kollha fil-qasam tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana enfasizzat li x-xogħol ta’ carer jeħtieġ dedikazzjoni u impenn għaliex minnu jiddependu persuni vulnerabbli.
Waqt din iċ-ċerimonja, il-kumpanija Healthmark tat donazzjoni ta’ apparat li jintuża fil-kura tal-anzjani.