Justyne Caruana f’inċident tat-traffiku; ma tweġġax

Id-Deputat Laburista Justyne Caruana dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku, iżda ma weġġgħetx.

Hija ħabbret dan fuq Facebook biex isserraħ ras kull min jibagħtilha jistaqsiha jekk indarbitx.

L-eks Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-ħaddiema tal-Gozo Channel tal-għajnuna tagħhom.

Ghadu kemm kelli accident tat-traffiku u nserrah ras kulhadd li ma weggajtx. Grazzi lil kull min cempilli u bghatli messagg. Grazzi wkoll lill-haddiema tal-Gozo Channel ghall-ghajnuna kbira taghhom.

Posted by Justyne Caruana on Tuesday, October 6, 2020