Justin Kluivert jasal Ruma

It-tifel tal-eks attakkant ta’ Barcelona u tal-Olanda Patrick Kluivert, iddeċieda li jingħaqad ma’ Roma għal €20 miljun u ffirma kuntratt ta’ ħames snin.

L-eks direttur ta’ Sevilla, Monchi, kien kapaċi jiffinalizza akkwist importanti ieħor għall-klabb Taljan peress li Justin Kluivert huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa talenti żgħażagħ fil-Ewropa.

Il-winger għamel id-debutt tiegħu ma’ Ajax f’Jannar 2017 u ssejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali maġġuri f’Marzu l-għadda.

Kluivert skorja 10 gowls fi 30 logħba matul l-istaġun 2017-18 hekk kif Ajax spiċċaw fit-tieni post wara PSV Eindhoven.