Justin Bieber sfida lil Tom Cruise għall-ġlied

Justin Bieber, il-kantant ta’ 25 sena, l-bieraħ il-Ħadd 9 ta’ Ġunju, sfida għal ġlieda lill-attur Tom Cruise ta’ 56 sena. Fi tweet li bagħat lis-segwaċi tiegħu huwa kiteb li “Irrid nisfida lil Tom Cruise għal ġlied. Tom, jekk ma taċċettax din il-ġlieda turi li qed tibża’ u li qatt m’hu se nħalluk tinsieha.”

Fil-bidu tal-ġurnata Justin  Bieber ħabbar li kien se jagħmel ir-ritorn tiegħu fix-xena mużikali … imbagħad fajjar l-isfida lil Tom Cruise. Wara , għall-ġlieda li jrid jagħmel Bieber  daħħal fin-nofs lil Dana White. Staqsieh min kien lest li jorganizza din il-ġlieda.

Wara ftit irrisponda Conor McGregor, ġellied ieħor ta’ Dana White, li għarraf lil kulħadd li kien lest jospita l-ġlieda. Fit-tweet tiegħu huwa staqsa jekk Tom Cruise għandux il-kuraġġ biżżejjed biex jiġġieled bħalma jagħmel fil-films li jidher fihom.

Fan ta’ Tom Cruise kiteb fuq tweet li lest iħallas flus tajba biex jara lil Tom Cruise jagħmel żibel lil Justin Beiber.