Jurilu l-arma u l-ieħor jaħseb li qed jheddu

Anzjan ta’ 73 sena mill-Gżira inħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien ta’ sena. 
Dan wara li ammetta li fis-16 ta’ Awwissu li għadda pponta arma tan-nar lil xi ħadd u anke li mar kontra l-kundizzjonijiet tal-liċenzja tal-armi tan-nar.
Jidher li l-akkużat mar fid-dar tal-vittma, li tinsab fi Triq Gafar f’Tas-Sliema u ppuntalu l-arma. 
Il-vittma qal li l-arma kienet ikkargata u mar jagħmel rapport l-għassa. 
Min-naħa tiegħu l-akkużat qal li kull ma għamel hu li mar juri l-arma lil sieħbu iżda dan fehemha li qed jheddu.