Jurgen Klopp jiżvela għaliex ma jilbisx suit għal logħob

Jurgen Klopp qal li għal logħob kien jilbes is-suit għax ħaseb li dik kienet in-norma. Hu spjega li malli sar jaf li ma kienx hemm regola dwar dan, kien kuntent ħafna. Bosta mill-coaches jilbsu xi suit pulita dawn iż-żminijiet, iżda Klopp dejjem jilbes tracksuit u xi kultant ġakketta tax-xita, skont it-temp.

Meta wieħed iħares lura u jara r-ritratti ta’ Klopp li ttieħdu fi żmien meta kien il-coach ta’ Borussia Dortmund jidher liebes suit. Iżda dan iż-żmien ma baqax il-każ. Meta tkellem ma’ TalkSport, Klopp spjega kif għandu suit għat-tiġijiet, għall-funerali u għal okkażjonijiet oħra li bilfors irid jilbes pulit. Iżda qal li hu ma kienx magħmul għal din ix-xorta ta’ lbies.

Hu qal li meta beda’ għall-ewwel darba jikkompeti fiċ-Champions League xi ħadd qallu li kien id-dmir tiegħu li jilbes hekk. Hu qal li ma jridx jidher tajjeb fil-ġenb tal-grawnd. Qal li jippreferi jara lit-tim tiegħu jidher tajjeb waqt il-logħob.