Jurassic World: Dominion jinġibed f’Malta

Ritratt: Instagram/JohanGrech

Read in English.

L-attur ta’ fama internazzjonali Chris Pratt se jkun f’pajjiżna aktar tard dan ix-xahar biex ikun jsita’ jibda jaħdem fuq it-tielet kapitlu msi-serje ta’ filsm ta’ Jurassic World. Pratt se jkun qed jinterpreta mill-ġdid il-karattru ta’ Owen Grady, u kif mistenni se jkun hawn f’pajjiżna wkoll l-attriċi Bryce Dallas Howard biex għal darb’oħra tinterpreta l-karattru ta’ Claire Dearing.

Ġie rrappurtat li madwar 1,000 persuna Maltija u barrannija se tkun qed taħdem fuq dan il-film li se jkun qed jinkludi fil-cast lill-atturi Sam Neill, Laura Dern u Jeff Goldblum.

Il-filming fuq dan il-film diġà beda f’Pinewood Studios ta’ Londra u se jkun qed isir ġbid f’aktar pajjiżi fosthom il-Kanada u l-Hawaii.

Il-film kellu jibda jinġibed f’April iżda kollox twaqqaf minħabba fil-Covid19 u kien proprju matul ix-xahar li għadda li l-filming beda sew.

S’issa mhemm l-ebda data konfermata meta se jibda l-ġbid f’pajjiżna, iżda il-post ta’ Johann Grech, il-kummissarju tal-films, qanqal ħafna kurżità u reazzjoni pożittiva.

View this post on Instagram

Bringing it home. 🦖 #JurassicWorldDominion

A post shared by Johann Grech (@johanngrech) on

Il-film mistenni li jitnieda fiċ-ċinema nhar il-21 ta’ Ġunju tal-2021.