Junior Eurovision: L-ewwel dettalji

Ritratt: Andres Putting

Share the Joy hija t-tema li se tintuża fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest li se ssir nhar l-24 ta’ Novembru ġewwa Gliwice fil-Polonja wara li dan il-pajjiż rebaħ l-aħħar edizzjoni permezz ta’ Roksana Wegiel bil-kanzunetta Anyone I Want To Be.

Dan tħabbar mill-European Broadcasting Union (EBU) proprju llejla waqt konferenza stampa li saret ġewwa Tel Aviv, fl-Iżrael, fejn bħalissa għaddejjin it-tieni dress rehearsals tal-ewwel semi finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Is-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest se tkun l-ewwel waħda li l-Polonja se tkun qed torganizza. Qabel din l-unika avveniment li organizzaw b’rabta mal-Eurovision kien fl-2013 meta organizzaw il-Eurovision Young Dancers.

Ritratt: Andres Putting

Sad-data tal-lum it-Tnejn 13 ta’ Mejju, kienu disa’ l-pajjiżi li esprimew l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw fil-Junior Eurovision Song Contest li jmiss. Dawn huma l-Awstralja, Franza, il-Ġorġja, l-Irlanda, l-Olanda, l-Polonja, il-Portugall, ir-Russja u Wales.