Juncker ivvutat bħala l-kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Partit Popolari Ewropew ivvota biex l-eks Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker isir il-kandidat għall-presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-vot biex Juncker jitfa’ l-kandidatura tiegħu waslet matul il-konvenzjoni tal-PPE li saret f’Dublin.

Juan Manuel Barroso mistenni jtemm il-kariga tiegħu wara li serva 10 snin bħala l-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Preżenti għal din il-konvenzjoni kien hemm ukoll il-membri Ewroparlamentari tal-PN, Roberta Metsola u David Casa kif ukoll Dr Simon Busuttil li indirizza din l-istess konferenza. Intant, fi stqarrija l-PN feraħ lill-Juncker u ddeskrivih bħala persuna li ġġib magħha esperjenza vasta fi ħdan l-Unjoni Ewropea.