Read in English.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, qal li se jivvjaġġa lejn Washington biex jiddiskuti kwistjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea qabel tmiem Lulju.
Juncker tkellem wara l-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea li tennew l-appoġġ magħqud tagħhom biex isolvu tilwim kummerċjali permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f’liema jissejjaħ qafas multilaterali – approċċ li l-amministrazzjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump mhix kuntent magħha.