Jumejn ta’ suċċessi għall-għawwiema Maltin fil-logħob tal-FISEC fi Vjenna

L-għawwiema Maltin fetħu l-logħob tal-FISEC mill-ewwel bir-rebħ ta' midalji.
Michael Umanov rebaħ il-midalja tad-deheb fil-200 metru short course breaststroke kif ukoll ir-rekord ta' dawn il-logħob.
L-istess għawwiem rebaħ il-bronż fil-100 metru short course butterfly.
Matul it-tieni jum, Michael Umnov rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Individual Medley fit-200 metru short course u wettaq rekord għall-logħob tal-FISEC. 
Kimberly Castelletti rebħet il-midalja tal-bronż short course fil-backstroke.
Aktar suċċessi għal Neil Muscat li rebaħ il-bronż fil-100 short course backstroke.
Amy Micallef rebħet il-midalja fal-fidda fil-50 metru short course breaststroke.
Charis Ceccarelli rebħet il-bronż fil-100 metru short course butterfly.
Anki Michael Stafrace fl-ewwel jum kompla jżid mar-rebħ ta' midalji, bil-bronż fil-50 metru short course breaststroke. 
Matul il-ġurnata Neil Muscat kiser ir-rekord Nazzjonali fil-50 metru short course backstroke b'ħin ta' 26.81 sekondi.