Jumejn speċjali għal Mark Mifsud

Dawn il-jumejn huma speċjali għall-attur Mark Mifsud. Proprju lbieraħ huwa ċċelebra tliet snin miżżewweġ lil Chiara nèe Bugeja. Huma għandhom tifel li jismu Matt. Il-koppja żżewġet nhar il-15 ta’ Ottubru tal-2017.

Illum, is-16 ta’ Ottubru huwa jum għeluq snin Mark. Illum qed jiċċelebra 36 sena. Twieled bħal-lum is-16 ta’ Ottubru tal-1984.

Mark ħadem f’bosta produzzjonijiet lokali fosthom L-Għarusa, Santa Monika, Ġiżelle, L-Evanġelisti, Anġli, Iċ-Ċaqqufa u fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba, li tixxandar nhar ta’ Tlieta fuq TVM.

Mark Mifsud, Patrick Tanti u Evelyn Saliba La Rosa. Ritratt: Ivan Borg

Mark ħadem ukoll f’bosta produzzjonijiet barrannin fosthom Sinbad, The Devil’s Double, Gozo, Queen of the South u Gozo. Deher ukoll f’wieħed mill-films tas-serje 6 Passi nel Giallo tal-Canale 5 kif ukoll fil-film Simshar.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.