Jumejn speċjali għal Deborah C

Deborah C
Deborah C ma' ommha Flavia u bintha Diana-Lor

Għall-kantanta Deborah C dawn il-jumejn se jkunu memorabbli tul ħajjitha hekk kif ilbieraħ, il-Ħadd 11 ta’ Jannar, saret il-magħmudija tat-tifla tagħha Diana-Lor, li hija semmiet kemm għall-Prinċipessa Diana, kif ukoll għall-Madonna ta’ Loreto.

Il-magħmudija seħħet biss jum qabel ma’ Deborah C iċċelebrat għeluq il-31 sena tagħha. Hija fil-fatt twieldet bħal-lum il-11 ta’ Jannar tal-1990. Għal Deborah din hija l-ewwel ċelebrazzjoni ta’ għeluq sninha bħala omm.

Deborah C bdiet il-karriera tal-kant tagħha fl-età bikrija ta’ 9 snin u minn hemm hi wittiet it-triq għal karriera ta’ suċċess, u kisbet popolarità kemm fix-xena lokali kif ukoll barranija. Il-parteċipazzjoni tagħha fil-Malta Junior Eurovision Song Contest tal-2005 kienet pass sinifikanti ‘l quddiem fix-xena mużikali lokali.

Deborah kantat f’pajjiżi bħar-Russja u l-Maċedonja u tat ukoll wirja fl-avveniment tat-Tazza tad-Dinja VIVA tal-2010 fejn nediet il-kanzunetta Enjoying Moments of Gold.