Jumejn oħra ta’ taħditiet fl-Italja, u xorta ma jiffurmax gvern

It-taħditiet li saru bejn il-President tar-Republika Taljana, Sergio Mattarella, il-Koalizzjoni Ċentru-Leminija mmexxija minn Matteo Salvini, u l-Partit tal-5 Stilel, immexxi minn Luigi Di Maio għadhom ma sabux soluzzjoni fuq min għandu jieħu f’idejh il-gvern.
Wara t-tieni sezzjoni ta’ taħditiet li saru  fl-aħħar jumejn, Matarella ddikajara li hu ħa jkun qed jaħdem f’dawn il-jiem biex permezz ta’ ħafna konsultazjonijiet, id-deċizjoni finali titieħed mill-aktar fis.
Matarella qal li se jitkellem f’isem il-poplu Taljan u sostna li d-deċizjoni għandha tittieħed biex b’hekk il-pajiż jista jerġa’ jiffoka fuq kwistjonijiet pendenti bħall-kummerċ internazjonali, ir-relazzjonijiet tal-Italja mal-Unjoni Ewropea u t-tensjoni internazjonali li qed tiżvoġi mhux ’il bogħod mill-Italja.