Jumejn irtir f’Għawdex mill-Azzjoni Kattolika

L-Azzjoni Kattolika f’Għawdex qed torganizza irtir ta’ jumejn f’Dar Manresa f’Għawdex.
L-irtir bl-isem ta’ “Jumejn mal-Mulej” jibda t-Tlieta 6 ta’ Frar fid-9am u jispiċċa l-għada l-Erbgħa 7 ta’ Frar.
Jmexxu l-irtir Fr Joseph Farrugia, Dorienne Portelli u Miriam Portelli.
L-Azzjoni Kattolika f’Għawdex torganizza wkoll il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna Ta’ Pinu.
Iċ-ċerimonja ssir is-Sibt 3 ta’ Frar f’quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fl-4pm, li matulha jiġu ppreżentati t-trabi lill-Madonna.
Tingħata tifkira tal-okkażjoni.