​Jumejn fid-drenaġġ biex ifittex $20

Biex jiġbor karta ta’ $20 raġel fl-Istati Uniti spiċċa qatta’ jumejn f’fossa tad-drenaġġ. Madanakollu xorta spiċċa mingħajr il-flus!
Fortunatament il-biki tiegħu għall-għajjut nstema’ minn grupp ta’ tfal tal-iskola li kienu għaddejjin mill-inħawi, u sejħu għall-għajnuna.
Ir-raġel qal li spiċċa għamel dan tant kien iddisprat għal flus.
Il-pulizija qalu li baqgħu skantati kif wara jumejn f’dik ir-riħa, ir-raġel ma ġralu xejn.