“Jum ta’ riflessjoni fuq ir-realtà bażika”

Il-messaġġ ta' Jum il-Mara mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana
"Jum il-Mara huwa mument propizju li nirriflettu fuq realtà bażika:  Soċjetà Ġusta trid tkun inklussiva billi tħaddan is-sehem ta' kulħadd, inkluż tan-nisa li huma nofs il-popolazzjoni tagħna. 
Gvernijiet Laburisti kienu dejjem pijunieri biex tidħol l-ugwaljanza.
70 sena ilu rrikonoxxejna għall-ewwel darba d-dritt tal-vot lin-nisa, pass storiku li beda jkisser il-mentalità antika dwar il-valur tan-nisa fil-ħajja pubblika.
70 sena wara għad għandna defiċit f'dan ir-rigward.
Komplejna b'riformi u inċentivi kuraġġużi, bħaċ-childcare b'xejn, biex in-nisa – u l-iktar l-ommijiet – jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Iridu jkunu n-nisa nfushom li jabbraċċaw l-opportunità, imiddu l-pass li jikkonvinċu bil-valur tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-pajjiż.
Ngħid għalija, bħala mara u bħala omm fil-politika fl-aħħar 15-il sena, b’ħafna sagrifiċċju imma determinazzjoni stajt nabbina r-rwol tal-familja ma' dak pubbliku. 
Għax kelli fiduċja f'dak li stajt noffri, ma stennejt ebda konċessjoni biex imxejt 'il quddiem. 
Jum il-Mara għandu jixpruna aktar nisa jieħdu posthom – bi dritt, għax kapaċi – fit-tmexxija ta' soċjetà li tirrikonoxxi s-sehem ta' kulħadd.