Jum ta’ attivitajiet għall-familja fis-Seminarju

Is-Seminarju tal-Arċisqof qed jorganizza jum ta’ attivitajiet għall-familja kollha.
L-attivitajiet se jsiru l-Ħadd 24 t’April fl-inħawi tas-Seminarju stess f’Tal-Virtù, fir-Rabat.
Fost l-oħrajn se jkun hemm Dental Mobile Unit għal viżti b’xejn għat-tfal, membri ta’ Dr Klown li se jgħallmu lit-tfal dwar l-importanza tat-tabib, u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li se jkunu qed jagħtu wirjiet ferm interessanti.
Se jkun hemm ukoll ħasil tal-karozza, stands minn fejn wieħed jista’ jixtri frott u ħaxix, oġġetti tal-merċa, kejkijiet, ġugarelli, kotba u bazaar kif ukoll għadd ta’ attivitajiet għat-tfal, fosthom laser tag, żfin, tennis, handball, sparar bil-qaws u attivitajiet oħra.
L-attività hi intiża li tgħin lis-Seminarju biex ikompli joffri edukazzjoni lil iktar subien f’ambjent Kattoliku u ħolistiku.