Jum in-Nanniet

Illum, għall-ewwel darba pajjiżna qed jiċċelebra Jum in-Nanniet.

Pajjiżi differenti jiċċelebraw din il-ġurnata fi ġranet differenti, iżda Malta mil-lum ‘il quddiem se tkun qed tiċċelebraha kull tielet Ħadd tax-xahar.

Din il-ġurnata twaqqfet f’pajjiżna mill-President ta’ 'Nanniet Malta', Philip Chircop, fit-23 ta’ Settembru li għadda u qed tiġi ċċelebrata fl-istess jum li l-Knisja qed tiċċelebra l-ġurnata Missjunarja.  

F’Lulju li għadda, waqt konċelebrazzjoni ta’ quddiesa fil-jum dinji taż-żgħażagħ, Papa Franġisku kien faħħar lin-nanniet talli jxerrdu l-wirt reliġjuż u l-għerf tagħhom.

Kien iddiskriva ukoll lill-anzjani bħala ‘teżor'

 

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt b’ismek u kunjomok.