Jum impenjattiv għan-netwerk veloċi ta’ Vodafone

Vodafone irringrazzjat lill-klijenti bl-inizjattiva li laħqet il-qofol tagħha b’ġurnata ta’ internet b’xejn għal kulħadd. Il-klijenti ħadu vantaġġ mill-ġurnata ta’ ringrazzjament li kienet iċċelebrata t-Tnejn li għadda. Dan l-avveniment, li kien l-ewwel wieħed għal kwalunkwe kumpanija tat-telekomunikazzjoni f’Malta, ra lil kull klijent ta’ Vodafone igawdi minn internet b’xejn fuq il-mobile għal ġurnata sħiħa.
Il-klijenti ħadu vantaġġ minn din l-offerta billi niżżlu ammont fenomenali ta’ data, bl-aktar ammont irreġistrat ta’ downloading data min-netwerk ta’ Vodafone, b’żieda ta’ 60% meta kkomparat ma’ ġurnata oħra matul il-ġimgħa.
L-ammont ta’ data li tniżżel f’ġurnata waħda hu ekwivalenti għal 64,000 siegħa jew 7 snin ta’ vidjows fuq il-YouTube.
Vodafone ikkonfermat li l-prestazzjoni tan-netwerk kienet stabbli matul il-ġurnata kollha.